§1 Eurofisc.eu hija istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea?

Le. Eurofisc.eu sp. z o.o. hija kumpannija rreġistrata fl-Unjoni Ewropea, ġol-Polonja. Il-president tal-kumpanija huwa Artur M. Brzezinski, konsulent tat-taxxa Pollakka (Nru 00988). Madankollu, l-Unjoni Ewropea ffinanzjat il-ħolqien ta’ eurofisc.eu mill-Fond ta' Koeżjoni Ewropea. Għalhekk il-prinċipji ta’ eurofic.eu huma trasparenti u konvenjenti għall-klijenti. Iservu wkoll biex tiżviluppa kooperazzjoni internazzjonali fl-UE. Aqra aktar

§2 Kif nista' nikkuntattja l-eurofisc.eu?

Eurofisc.eu sp. z o.o. ġiet irreġistrata fir-Reġistru Nazzjonali tal-Qrati Pollakki taħt in-numru 0000421855. In-numru VAT huwa PL6182141814, u n-numru tal-kumpanija (Regon) 302081298.
+48607679473   infoeurofisc.eu   ul.Kresowa 4, 62-800 Kalisz, Poland

§3 L-informazzjoni fuqi, mistoqsijiet tiegħi u l-korrispondenza mal-konsulent huma kunfidenzjali?

Iva, inti u l-konsulent tiegħek biss għandkom l-aċċess għall-informazzjoni. It-transfer fuq l-internet huwa ikkowdjat fl-istandard SSL. Biżżejjed biss tipproteġi l-username u password.

§4 Għaliex nista’ nafda konsulenti rakkomandati mill-eurofisc.eu?

Esperti finanzjarji ġew iċċekjati minn eurofisc.eu. Għandhom biżżejjed ċertifikazzjoni u esperjenza meħtieġa, u huma intitolati biex jipprovdu servizzi ta’ konsulenza fiskali fil-pajjiżi tagħhom. Esperti finanzjarji eurofisc.eu huma membri tal-organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ konsulenti tat-taxxa. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom regoli stretti ta’ kondotta professjonali li jaqdu lill-klijenti bl-ikbar sigurtà u kunfidenzjalità. Barra minn hekk eurofisc.eu tirrikjedi l-konsulenti tat-taxxa li jaqdu s-servizzi tagħhom mingħajr dewmien żejjed, fl-aqwa għarfien tagħhom, għall-benefiċċju tal-klijenti eurofisc.eu, għall-prezz miftiehem fis-sistema tal-eurofisc.eu.

§5 Ma nafx lill-konsulenti ta' eurofisc.eu. X'jiġri jekk, minkejja ħlas, il-konsulent ma jaqdinix sewwa?

Eurofisc.eu kontinwament issegwi s-sodisfazzjon tal-klijent. Jekk il-konsulent tat-taxxa ma jirrispettax l-impenji tiegħu lejn il-klijenti, jitneħħa immedjatament mill-eurofisc.eu, u l-kuntratt miegħu jintemm. Ta' min jinnota li l-konsulent tat-taxxa jiġi mħallas meta l-klijent jikkonferma li ngħata s- servizzi msemmija fil-kuntratt. Kull klijent ikun jista jagħmel talba ulterjuri lill-eurofisc.eu.

§6 Nista nafda t-tradutturi ta' eurofisc.eu?

Iva, it-tradutturi jiffirmaw kuntratt ta' kunfidenzjalità. Barra minn hekk, it-traduttur ma jkunx jaf lill-klijent tiegħu. Inti għalih numru biss.

§7 L- informazzjoni personali tiegħi hija sikura?

Iva. Il-bażi tad-dejta ġiet irreġistrata fl-Uffiċċju tal-Ispettur Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data Personali (GIODO). Ħadd ma jista' jara l-informazzjoni personali tiegħek, u l-indirizz email tiegħek jintuża biss fil-korrispondenza ma’ eurofisc.eu – informazzjoni dwar l-ordnijiet tiegħek, u l-lista ta' offerti u l-offerti li jistgħu jinteressawk. L-informazzjoni personali tiegħek hija miżmuma fuq server li jinsab fl-Unjoni Ewropea. Inti tista' tibdel id-dettalji tiegħek jew titlob biex jitħassar il-kont tiegħek meta trid.

§8 Eurofisc.eu tiġbor informazzjoni fuqi, per eżempju, fuq l-ordnijiet tiegħi?

Aħna nafu biss li inti għamilt ordni, il-prezz, jekk ħallastx, u lil min bgħatt l-ordni. Id-dettalji kollha huma kunfidenzjali. Eurofisc.eu u kumpanniji oħra (eż. Google) jistgħu jużaw il-cookies u jaqrawhom fil-browsers tal-utenti, jew jużaw stampi żgħar (web beacons) biex jiġbru informazzjoni għall-wiri tar-reklami fuq is-sit tiegħek. Din l-informazzjoni hija użata biss għall-skopijiet statistiċi u tas-servizz. Nassigurawk li nżommu fi ħdan il-liġi u nużaw l-informazzjoni personali tiegħek bil-kunsens tiegħek biss. Dan sabiex il-konsulenti tagħna ikunu jistgħu jikkuntattjawk jew jiffirmaw kuntratt miegħek.


Konsulent tat-taxxa

Konsulent tat-taxxa

Eurofisc.eu tgħasses il-kwalifiki, kwalità, kif ukoll jiżgura li s-servizz jitwettaq, jew il-konsulent ma jitħallasx. Esperti finanzjarji eurofisc.eu huma membri tal-organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ konsulenti tat-taxxa. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom regoli stretti ta’ kondotta professjonali.

Ordna parir fuq it-taxxa

Parir tat-taxxa

Ewropa

Meta inti ssaqsi konsulent minn Spanja fuq il-liġi Ġermaniża, il-prezzijiet huma ġeneralment għoljin ħafna, u jistgħu jkunu mijiet ta' euro. Madankollu, jekk inti tista' ssib konsulent Ġermaniż, huwa se jwieġbek bi prezz raġonevoli, possibilment bi ħlas żgħir għall-interpretu.

Ara l-video tutorjali

Pariri tat-taxxa

Għajnuna

Agħżel pajjiż u l-konsulent. Ordna parir fuq it-taxxa. Iftaħ kumpanija barra l-pajjiż. Ordna l-kontabilità. Ordna prospetti tat-taxxa tiegħek. Kollezzjoni tad-debitu. Traduttur jew Google Translate. Ir-rata standard hija €99 (parir tat-taxxa).

Lista tal-konsulenti   Termini u kundizzjonijiet